Jn 13:16-20 -- Jesus Predicts His Betrayal - Min jilqa’ lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili.
THURSDAY GOSPEL OF WEEK 4 OF EASTERTIDE ---
--- Whoever welcomes the one I send welcomes me ---
Evanġelju
Min jilqa’ lil min nibgħat jien, ikun jilqa’ lili.
Ġw 13, 16-20
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
Wara li ħaslilhom saqajhom, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: [Ġw:13:16] "Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir m'huwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu. [Ġw:13:17] Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.
[Ġw:13:18] Jien m'iniex ngħid għalikom ilkoll, għax jien naf x'nies għażilt, imma għandha sseħħ l-Iskrittura li tgħid, 'Min kiel il-ħobż miegħi, tani bis-sieq.' [Ġw:13:19] Dan qiegħed ngħidu minn issa, qabel ma jiġri, biex, meta jiġri, temmnu li jiena hu.
[Ġw:13:20] Tassew tassew ngħidilkom, min jilqa' lil min nibgħat jien, ikun jilqa' lili, u min jilqa' lili, ikun jilqa' lil dak li bagħatni."
Il-Kelma tal-Mulej
Rl . Tif˙ir lilek Kristu
.