00:58

Jn 10:22-30 -- "The Father and I are one - Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda."
- TUESDAY GOSPEL OF WEEK 4 OF EASTERTIDE --
- MAY 24 - FRANCISCAN FEAST OF THE DEDICATION OF THE BASILICA OF ST FRANCIS OF ASSISI
Evanġelju
Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.
Ġw 10, 22-30
Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann
[Ġw:10:22] F'Ġerusalemm ħabtet il-festa tal-Konsagrazzjoni tat-tempju. [Ġw:10:23] Kienet ix-xitwa, u Ġesù kien miexi minn naħa għal oħra tat-tempju, fil-loġġa ta' Salamun. [Ġw:10:24] Il- Lhud daru miegħu u qalulu: "Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk inti l-Messija għidilna ċar u tond."
[Ġw:10:25] Weġibhom Ġesù: "Għedtilkom u intom ma temmnux. L-għemejjel li nagħmel jien f'isem Missieri jixhdu għalija. [Ġw:10:26] Iżda intom ma temmnux għax m'intomx min-nagħaġ tiegħi. [Ġw:10:27] In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja. [Ġw:10:28] U jiena nagħtihom il-ħajja ta' dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd. [Ġw:10:29] Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista' jaħtafhom minn id il-Missier. [Ġw:10:30] Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda."
Il-Kelma tal-Mulej
R/. Tifħir lilek Kristu
.

502